Hal-Farrug - Montekristo Estates

FESTA F'MONTEKRISTO - 2015

Waqt l’attivita, Glenn kien mistieden biex jisfuma dak il-ħin.

         

         


Għaxaq

Wirja Marjana li kienet saret fil-Każin tal-Banda Santa Marija fl-okkażżjoni tal-Anniversarju tad-Domma tal-Assunta fl-2009. Fost l-affarijiet li kien hemm Esebiti, kien hemm l-istandard li kien għadu kemm jaħdem għal-Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien.

         


Raħal l-Ġdid - Paola

Esebizzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li saret fil-Parroċċa tal-Madonna ta' Lourdes

2014

                   

-------------------------------------------------------------------------------------------

Wirja li ta' kull sena issir fil-ġranet ta' qabel il-Ġimgħa l-Kbira ġo Raħal l-Ġdid, u fejn Glenn kull sena jieħu sehem fiha.

2010

2008

         

2007


NOTTE  A CASAL PAOLA

Waqt l’attivita organnizata mill-mill-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan, Glenn kien mistieden biex jisfuma dak il-ħin.

2016

                  

2012

        

2011

         


MILIED F'CASAL PAWLA - 2009

Bhala parti miċ-ċelbrazzjoniet tal-Milied, waqt l-attivita "Milied f'Casal Pawla", Glenn kien mistieden mill-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan biex ipitter dak il-ħin stess pitturi b'tema tal-Milied.

         


Tarxien

FESTA HELU - 2014

Waqt l’attivita organnizata mill-Kunsill Lokali, Glenn kien mistieden biex jisfuma dak il-ħin.

-------------------------------------------------------------------------------------------

EPOKA - 2011

Lejla ta’ Kultura organizzata ġo Ħal Tarxien. Kellu stand armat bil-bandalori u pittura. Sfortunatament kellha tieqaf ħesrem minħabba x-xita.

               

-------------------------------------------------------------------------------------------

PUNIĊI - 2011

Waqt l’attivita organnizata mill-Għaqda Kultura Armar Marija Annunnzjata, l-Kunsill Lokali u organizzaturi tal-Festa Titulari, Glenn kien mistieden biex jisfuma dak il-ħin.

                   


Belt Valletta

Bejn l-2008 u l-2009, kienet iddikjarata is-Sena Pawlina. Is-Soċjeta' Filarmonika Nazzjonali La Vallette, fil-ġranet tal-Festa Titulari ad unur San Pawl, organizzat wirja b'tema Pawlina. Glenn ippartecipa b'pittura kbira, bust tat-Titular tar-Rabat.


Żabbar

Fl-2008, f’għeluq l-għoxrin anniversarju mit-twaqqif ta’ l-Għaqda ta’ l-Armar ta’ Ħaż-Żabbar, il-kumitat tal-festa ta’ din il-belt iddeċieda li jorganizza wirja ta’ l-armar. Il-kumitat avviċina diversi għaqdiet biex jesibixxu ftit armar tagħhom. L-Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata ta' Ħal Tarxien kien waħda fosthom u fost l-esebit kien hemm bandalora mit-trofej li sfuma Glenn.

                   

 


[Merħba] [Xogħol tal-Arti] [Arti Oħra] [Varji] [Wirjiet] [Bijografija]