BIJOGRAFIJA

         

Glenn Copperstone twieled fid-9 ta’ Lulju 1984. Mgħammed fil-knisja l-antika tal-Fgura. Ta’ sena mar joqgħod mal-ġenituri u ma' ħuh Ħal Tarxien fejn dam jgħix sa ma kellu 26 sena. Illum il-ġurnata joqgħod Il-Fgura. Attenda l-iskola Primarja ta’ Raħal l-Ġdid u s-Sekondarja fil-Kulleġġ San Elija ta’ Santa Venera, skola mmexxija mill-patrijiet Karmelitani. Wara lesta 4 snin kors fil-Kulleġġ ta’ l-arti u disinn il-Mosta fi ħdan l-MCAST. Kien jaħdem bħala draughtsman f’kumpanija privata. Illum il-gurnata jahdem bhala Permit and Visa officer f'kumpanija lokali tat-tindif.

Dilettant tal-festi ilu minn meta kien żgħir fejn il-ħin liberu tiegħu kien jgħaddieh ipinġi xi pavaljun jew bandalora fuq biċċa karta. Mis-sena 2001 beda fuq xogħol iktar professjonali u fuq skala ikbar. Glenn diġa ħadem diversi pavaljuni mal-gallarijiet ta' djar privati, sfuma sett bandalori għal-festa ta’ Marija Annunzjata ġo Ħal Tarxien stess, sett pavaljuni, ġol-Fgura u sett bandalori għall-Gwardamanġa fost oħrajn. Fl-2014 kellu ix-xorti li jesporta xogħlu barra minn xtutna, fejn għamel xi xogħol ġo Giarre u Solarino, Sqallija.

Apparti l-isfumar, bħala passatempi Glenn iħobb il-fotografija, il-kompjuter, stampi jew jeditja xi ritratti, ħarġiet fil-kampanja u ħdejn il-baħar, mużika ta’ ġeneru (Heavy Metal) u l-festi tradizzjonali tagħna l-Maltin. Iħobb jisma wkoll soundtracks tal-films u Marċi tal-festi speċjalment il-Marċi Funebri fejn għandu il-fuq minn 400 cd differenti.

Glenn hu nvolut sew fil-festi fejn jagħti s-sehem tiegħu ma l-Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien stess. Jarma fil-festa Titulari f’gieh Marija Annunzjata, fil-Milied u fil-Ġimgħa l-Kbira, saħansitra għal 4 snin ha sehem ma l-istess għaqda, fil-Karnival ta’ Malta, f’kumpanija taż-żfin fejn kisbu suċċessi kbar fl-għola Kategorija.

Bejn l-2006 u l-2021, Glenn kien il-webmaster tas-sit uffiċjali ta' l-"Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata Ħal Tarxien" bis-sit www.stillieritarxien.net. Kien ukoll membru tal-kumitat fl-istess għaqda. Jieħu ħsieb ukoll il-paġna tal-facebook / instagram tal-istess għaqda.

F'Lulju tas-sena 2008, eżattament fil-11, jumejn biss wara li għalaq 24 sena, Glenn tilef lill-missieru Charles fl-eta' ta' 51 sena. Fl-14 ta' Mejju 2011, Glenn iżżewweġ lil Adriana nee' Guillaumier fil-Knisja Parrokjali ta' Marija Annunzjata, Tarxien. Fl-istess sena, Glenn u l-mara Adriana inghaqdu ma grupp ta' artisti jismu "Mosaico" fejn kellhom diversi wirjiet kollettivi. Fid-29 ta' Settembru 2014, f'jum il-festa tal-Arkanġli, Glenn twelidlu tifel, li semmewh propju għal-arkanġlu Gabrijel.

 

           

L-Istudio fejn jaħdem Glenn Copperstone

 


[Merħba] [Xogħol tal-Arti] [Arti Oħra] [Varji] [Wirjiet] [Bijografija]